Bil-Bieb Mitbuq (No Exit)

Bil-Bieb Mitbuq (No Exit)

Created on 02 January 2020 by joseph.e.caruana@gov.mt

xena mill-ewwel preżentazzjoni tad-dramm fit-Théâtre du Vieux-Colombier f’Pariġi, fis-27 ta’ Mejju 194 _ Michel Vitold (Garcin), Tania Balachova (Inès) u, fuq is-sufan, Gaby Silvia (Estelle)

Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis Clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss.

Bħala xogħol ewlieni tal-eżistenzjaliżmu Franċiż, id-dramm bosta aspetti sikkanti tal-kundizzjoni umana: il-prezz tal-libertà, it-tbatija, il-kuraġġ u d-dgħufija, l-awtentiċità, il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna, ir-responsabbiltà, l-uġigħ li ninfliġġu fuq xulxin, il-qerq u l-gideb, il-kefrija, is-setgħa tal-ħars, il-maskri li nilbsu kuljum, il-problematika tal-jien u tal-eżistenza tal-oħrajn, l-impossibbiltà tal-imħabba, l-iżolament. Din il-produzzjoni interkulturali ta’ Saliba ser tfittex li tiddrammatizza l-infern skont Sartre b’għadd ta’ elementi drammatiċi innovattivi, fosthom permezz ta’ żfin stil teatru-danza minn koreografi minn Malta, mil-Lussemburgu u mill-Ġappun.

Kollox jiżvolġi fl-infern bejn tliet karattri, iżda Saliba u Grima din id-darba jridu jżidu r-raba’ karattru – lilek.

Details

Start:11 Mejju

End:24 Mejju

Venue: Teatru

Kavallier ta' San Ġakbu

Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Phone:

+35621223200

GĦANDEK STABBILIMENT JEW POST INKLUŻ FI SPOT?-

ŻID IL-POST TIEGĦEK

L-inklużjoni fil-lista hija mingħajr ħlas u tista' tippromwovi l-isforz tiegħek biex tagħmel il-post tiegħek aċċessibbli għal-kulħadd