Foundation for Information Technology Accessibility

Foundation for Information Technology Accessibility

Created on 21 March 2017 by stanley.debono@gov.mt

Logo tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà tat-Teknoloġija tal-Informatika

Il-Fondazzjoni  FITA (The Foundation for Technology Accessibility) hija l-promotur u l-koordinatur ewlieni sabiex it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) ikunu aċċessibbli għan-nies b’diżabilità fil-gżejjer Maltin. Is-servizzi tal-informazzjoni tagħna jassistu lill-individwi b’diżabilità fl-għażla, l-akkwist, jew fl-użu tat-teknoloġija ta’ assistenza li hija maħsuba li żżomm jew ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-individwu.

Il-funzjoni ewlenija tal-FITA hija li tagħti appoġġ lill-individwi b’diżabilità sabiex jegħlbu jew ineħħu l-barrieri għall-edukazzjoni u x-xogħol permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT).  Filwaqt li naraw li jsir li hemm bżonn biex il-qasma diġitali titnaqqas, għandna l-għan li nippermettu lill-individwi jkunu produttivi fil-kontribuzzjoni tagħhom lejn is-soċjetà u l-ekonomija.

 

Il-Missjoni Tagħna

·          Li nippromwovu opportunitajiet indaqs permezz tal-ICT

·          Li nipprovdu servizzi ta’ taħriġ fl-ICT għal nies b’diżabilità

·          Li tinġabar u titqassam informazzjoni u li tiżdied il-kuxjenza fuq kwistjonijet ta’ ICT;

·          Li nikkollaboraw ma’ u niffaċilitaw l-isforzi pubbliċi u privati fir-rigward tal-ħolqien ta’ opportunitajiet indaqs fil-qasam tal-ICT 

·          Li noffru pariri u servizzi ta’ konsulenza lill-organizzazzjonijiet privati u pubbliċi fit-teknoloġiji tal-informazzjoni

 

 

 

IS YOUR BUSINESS, ORGANISATION, SHOP, OUTLET OR VENUE LISTED IN SPOT?-

ADD YOUR VENUE

Listing are free and can promote your efforts to make your venue accessible to all.