SPOT : Dwar il-proġett

Dwar SPOT


SPOT jagħtik postijiet differenti fil-gżejjer Maltin, u jħallik tikkummenta dwar s-servizz u l-aċċessibilita'

Kun għaf aktar Ibda fittex
Merhba fi SPOT

aċċessibbiltà


Neque porro quisquam est qui dolorem ipsum quia dolor sit amet consectetur veli..

Aqra iktar Aqra iktar

Dwar Spot

SPOT – Aqsam l-esperjenza tiegħek dwar postijiet aċċessibli w anqas aċċessibli. Għin biex SPOT issir aħjar, kemm għalik u għal ħadd ieħor.
SPOT hija għodda ġdida li tkejjel is-sodisfazzjon tal-konsumatur. Xi drabi l-isforzi żagħar u kbar li jsiru sabiex jiġi żgurat aċċess ikbar għal persuni b’diżabilità ma nindunawx bihom jew inkella mhumiex mfaħra biżżejjed. SPOT għandha l-għan li tbiddel dan. Aħna ngħinu lill-pubbliku (inkluż inti) billi nwessgħu l-għarfien w esperjenzi ta' nies dwar dejjem aktar postijiet differenti. Dan isir permezz tal-kummenti li l-pubbliku jagħżel li jaqsam fuq SPOT. SPOT jiffoka fuq servizz ta’ kwalità u fuq l-aċċessibilità. Dan w aktar, jagħmlu SPOT għodda mportanti li tibqa' tikber, biex meta tkun qiegħed tippjana il-ħarġiet tiegħek madwar Malta u Għawdex issib aktar w aktar informazzjoni bżonjuża għalik.

 

Il-kummenti w l-mistoqsijiet tagħna

Il-websajt SPOT u l-APP jipprovdu f’forma viżiva kemm ħarsa ġenerali kif ukoll id-dettalji li jista' jkollok bżonn b'mod aġġornat. Kummenti li tistgħu iżżidu fuq SPOT jgħoddu għal kull post jew servizz fejn il-livell ta' sodisfazzjon tal-konsumatur għandhom valur. Ma jagħmilx differenza jekk tkun qiegħed tagħmel reċensjoni/kumment jew tivvaluta żona ta’ parkeġġ, supermarket, restorant jew park naturali. L-għan huwa li tirraporta dwar il-kwalità tas-servizz u l-livell ta’ aċċessibilità. Ma jimpurtax ukoll jekk għandekx diżabilità jew le. Sakemm tixtieq tgħin u tagħti l-opinjoni tiegħek, il-mistoqsijiet speċifiċi għall-grupp/gruppi b’diżabilità ser jiggwidawk.

 

 X’għandek tagħmel

Li taqsam l-esperjenzi w l-fehma tiegħek permezz ta’ SPOT huwa faċli ħafna u jeħtieġ tlett passi sempliċi:

 

  1.  Fittex l-informazzjoni 
  2. Tixtieq iżżid l-esperjenza tiegħek jew iżżid mar-reċensjonijiet? Irreġistra fuq SPOT
  3. Żid il-post innifsu, jew jekk diġa jeżisti fuq SPOT, kemm iżżid ir-riċensjoni / kumment tiegħek.  Tista anke tehmeż xi ritratti jekk tixtieq

Lest.  Ir-reċensjoni w kummenti tiegħek jidhru fl-iqsar żmien possibbli wara li jkunu moderati.


Issieħeb

Jekk tixtieq irreġistra w ibda żid l-informazzjoni.  Jekk għandek xi mistoqsijiet iktbilna !

 

 

 

 

GĦANDEK STABBILIMENT JEW POST INKLUŻ FI SPOT?-

ŻID IL-POST TIEGĦEK

L-inklużjoni fil-lista hija mingħajr ħlas u tista' tippromwovi l-isforz tiegħek biex tagħmel il-post tiegħek aċċessibbli għal-kulħadd