Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis Clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss. Bħala xogħol ewlieni tal-eżistenzjaliżmu Franċiż, id-dramm bosta aspetti sikkanti tal-kundizzjoni umana: il-prezz tal-libertà, it-tbatija,...
Filtru tal-Kategoriji
Dwar SPOT.org.mt
Il-Fondazzjoni għall-Aċċessibilita' fl-Informatika (FITA) b’kollaborazzjoni mal-Vodafone Malta Foundation u partijiet interessati oħra ħolqu SPOT: pjattaforma onlajn u mingħajr ħlas għall-pubbliku. SPOT tħalli lil kulħadd jfittex u jikkontribwixxi informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz ta’ post u jekk ikun il-każ l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità.
Dejjem qegħdin inżidu postijiet u reċensjonijiet ġodda, iżda noqogħdu wkoll fuq il-kontribuzzjoni tiegħek. Jekk żort xi post f’Malta jew Għawdex u tixtieq taqsam l-esperjenza tiegħek dwar is-servizz u l-aċċessibilità, nistiednuk taqsam magħna reċensjoni jew iżżid post ġdid.
postijiet ta' prominenza
Min hu Wara SPOT.org.mt?
Il-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà fl-Informatika (FITA) permezz ta' kollaborazzjoni mal-Malta Vodafone Foundation ħolqot SPOT biex tgħinha tindirizza diffikulta' li spiss jħabtu wicchom magħha persuni b'diżabilità li jixtiequ juru postijiet fil-gżejjer Maltin. Il-proġett jirċievi wkoll il-kontribut ta 'l-OPM (Servizzi Finanzjarji u Identita') li fost ħwejjeġ oħra għen biex SPOT jkun ukoll bl-ilsien Malti.
L-isfida li qed nindirizzaw permezz ta' SPOT hija li għalkemm in-numru ta' postijiet u servizzi aċċessibbli qed jiżdied, l-informazzjoni ma' tinsabx faċilment f'post wieħed, mhux il-websajts kollha huma aċċessibbli w l-isforzi għal aktar aċċessibbiltà spiss ma jingħatawx prominenza biżżejjed. L-imsieħba tal-proġett jinkludu lill-Awtorità tat-Turiżmu ta 'Malta, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Heritage Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li appoġġjaw il-proġett SPOT sabiex jwasslu din l-informazzjoni lil kulmin jeħtiġha.



L-iktar Pubblikazzjoni reċenti fuq il-blogg
Għall-ħames sena konsekuttiva, Joseph Galea u Carlos Farrugia ser jirritornaw bi dramm oriġinali li jittratta t-temi tal- angst u l-uġieħ tas-soċjetà tal-llum. Bħall-produzjonijiet passati, din l-edizzjoni twiegħed storja b’emozzjonijiet qawwijin u mumenti ta’ qtigħ il-qalb. Venue Kavallier ta' San Ġakbu Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta Start: 30 Marzu 2020 End: 11 April 2020
Thriller psikoloġiku, ambjentat wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. Numru ta’ spiji jisfaw arrestati u akkużati, iżda l-ġustizzja ma tingħatax b’mod ugwali, u ħafna nisa – Juliettes – jingħataw multa u jispiċċaw il-ħabs. Għalkemm Adel tiffranka l-ħabs, tispiċċa mingħajr sold u fi stat mentali ħażin ħafna wara s-sentenza tagħha. L-unika appoġġ li jkollha huwa minn ħabibtha Magda, veterinarja b’atteġġjament pjut...